Il-Coronaviruses huma familja kbira ta’ viruses li huma magħrufin li jikkawżaw mard li jvarja minn riħ komuni għal mard aktar sever bħalma huwa l-Middle East Respiratory Syndrome (MERS) u s-Severe Acute Respiratory Syndrome (SARS). Il-Coronaviruses jikkawżaw infezzjoni fil-bniedem u f’varjetà ta’ annimali inkluż għasafar u mammals bħalma huma l-iġmla, il-qtates u l-friefet il-lejl. Il-Coronaviruses huwa meqjusin bħala zoonotic, li tfisser li jistgħu jittrasmettu bejn l-annimal u l-bniedem.
In-Novel Coronavirus (nCoV) huwa tip ta’ coronavirus li qatt ma kien identifikat qabel fil-bniedem. It-tifrix ta’ infezzjonijiet fost in-nies tan-Novel Coronavirus huwa ta’ tħassib għas-saħħa pubblika, speċjalment meta ftit hemm tagħrif dwar il-karateristiċi ta’ dan il-virus, kif jinfirex bejn in-nies, is-severità tal- infezzjonijiet li jirriżultaw u kif għandhom ikunu trattati.
COVID-19 (Coronavirus disease-19) huwa l-isem uffiċjali li ngħata lill-marda Novel Coronavirus taħt linji gwida maqbulin bejn il-WHO, il-World Organisation for Animal Health, u l-Food and Agricultural Organisation tal-Ġnus Magħquda. Aktar qabel kienet bdiet tissejjaħ 2019-nCoV.
Esperti dwar il-Coronavirus huma tal-fehma li n-Novel Coronavirus oriġinat minn speċi ta’ annimali (bħal friefet il-lejl) fiċ-Ċina u mbagħad infirxet lejn il- bniedem. Il-WHO ikkonfermat li n-Novel Coronavirus (2019-nCoV) tista’ tinfirex minn bniedem għal ieħor imma għad mhux magħruf kemm faċilment isir dan.
Hemm Coronaviruses li jistgħu jkunu trasmessi wara kuntatt mill-qrib ma’ pazjent infettat, per eżempju, fid-dar jew fuq il-post tax-xogħol, jew f’ċentru għall-kura tas-saħħa. Jinfirxu minn bniedem għal ieħor permezz ta’ bżieq kontaminat minn persuna li tkun milquta mill-marda (waqt li l-persuna tisgħol jew tagħtas) jew idejn kontaminati. Il-viruses jistgħu jkunu wkoll preżenti fuq oġġetti jew uċuħ li jkunu tmessew minn xi ħadd kontaminat.
Fil-preżent, persuni li vvjaġġaw lejn pajjiżi li fihom għaddej it-tixrid tal- Coronavirus jew li kienu f’kuntatt ma’ każijiet ta’ infezzjoni f’pajjiżi oħrajn huma f’riskju li jkunu infettati. Indikazzjonijiet komuni ta’ infezzjoni jinkludu deni, sogħla u qtugħ ta’ nifs. Każijiet aktar ħfief jistgħu jkunu jixbħu lill- influwenza jew riħ qawwi, li jagħmluha diffiċli li jsir l-identifikar tal-marda. Lil persuni b’sistema ta’ immunità dgħajfa u l-anzjani l-virus jista’ jikkawżalhom mard respiratorju aktar serju, bħal pnewmonite jew bronkite.
L-aktar sintomi komuni huwa d-deni, is-sogħla u l-qtugħ ta’ nifs. F’każijiet aktar
severi l-infezzjoni tista’ tikkawża pnewmonite bi problemi respiratorji akuti.
F’dan l-istadju dan għadu mhux magħruf, imma l-aktar huwa bejn jumejn u 14-
il ġurnata.
Jekk f’dawn l-aħħar 14-il ġurnata żort postijiet fejn it-trassmissjoni tal- Coronavirus bejn persuna u oħra hija għolja (il-lista tal-pajjiżi qed tkun aġġornata b’mod regolari) huwa rakkomandat li tagħmel kwarantina fuqek innifsek u biex issegwi lilek innifsek għal sogħla u qtugħ ta’ nifs filwaqt li tiċċekkja għad-deni darbtejn kuljum. Jekk tiżviluppa xi deni, sogħla jew qtugħ ta’ nifs, ibqa’ d-dar, ikkuntattja lit-tabib tiegħek u lill-Awtoritajiet tas-Saħħa Pubblika fuq (+356) 21324086 għal aktar pariri u gwida.
Tmurx fi kliniċi tat-tobba privati, Ċentri tas-Saħħa jew fid-Dipartiment tal- Emerġenza. Evita kuntatt soċjali ma’ oħrajn, żomm distanza fiżika ta’ mill-inqas metru, u għatti ħalqek meta tisgħol u tagħtas u aħsel idejk spiss.
Jekk m’għandek ebda sintomi ta’ infezzjoni m’hemmx ħtieġa li tieħu prekawzjonijiet żejda. Billi bħalissa ninsabu fl-istaġun tal-influwenza huwa rakkomandat li tgħatti ħalqek meta tisgħol u tagħtas, u tevita kuntatt mill-qrib ma’ kull min juri sinjali ta’ mard respiratorju.
Peress li dan il-virus għadu ġdid, s’issa m’hawnx vaċċin li jipproteġi kontra dan il-virus.
Hemm l-arranġamenti biex ikunu maniġjati infezzjonijiet li jista’ jkun hawn. Din hija sitwazzjoni li tevolvi malajr u kull informazzjoni tiġi aġġornata malli tkun disponibbli.
L-Awtoritajiet tas-Saħħa qegħdin jagħtu parir li għandu jkun limitat vjaġġar mhux essenzjali lejn il-pajjiżi milquta. (Ara lista)
Min pero xorta qed jippjana li jżur pajjiżi milqutin għandu:
Vjaġġaturi li jiżviluppaw deni jew sintomi respiratorji fi żmien 14-il ġurnata minn meta jkunu żaru pajjiż affettwat huma mħeġġa li joqgħodu d-dar, jevitaw milli jmorru f’xi faċilità tas-saħħa u jcemplu lill-Awtoritajiet tas-Saħħa Pubblika permezz tal-Coronavirus Helpline (+356) 21324086 għal parir. It-tim ta’ esperti tas-Saħħa Pubblika jassessjaw u jipprovdu gwida.
Il-Coronavirus ma jiġix trasmess permezz tal-ikel. Allura huwa sigur li tiekol ikel Ċiniż. Dejjem jingħata l-parir għal prattiċi tajbin ta’ iġjene u li jkun assigurat li l- ikel jissajjar tajjeb biex ikun evitat ir-riskju ta’ avvelinar tal-ikel.
Iva huwa sigur. Persuni li jirċievu pakketti miċ-Ċina jew minn reġjuni oħrajn għaddej it-tixrid tal-Coronavirus mhumiex f’riskju li jittieħdu mill-Coronavirus.
Minn analiżi li saru fil-passat nafu li l-coronaviruses ma jgħixux fit-tul fuq oġġetti bħalma huma ittfejn ri jew pakketti.
Meta żżur postijiet fejn għadha għaddejja l-imxija tal-Coronavirus għandek:
F’Malta m’hawnx il-bżonn li jintlibsu l-maskli. Il-maskli jgħinu lil persuni diġà milqutin mill-virus milli jxerduh lil ħaddieħor. Il-maskli ma rriżultawx li huma effettivi biex jipproteġu lil min ma jkunx infettat.
L-influwenza u n-Novel Coronavirus (nCoV) huma żewġ viruses differenti u l- vaċċin tal-influwenza staġjonali ma sservix ta’ protezzjoni kontra l-marda kawżata mit-2019-nCoV.
Nirrakkomandaw li jsir tindif ta’ rutina tal-post: