Gwida dwar
il-Kwarantina

Min għandu bżonn jagħmel kwarantina mandatorja?

Persuni li jidħlu Malta wara li siefru fi kwalunkwe pajjiż iridu jagħmlu kwarantina mandatorja għal 14-il jum mill-aħħar jum tat-tluq tagħhom mill-pajjiż. Din hija infurzata mil-liġi. In-nuqqas ta’ osservazzjoni ta’ dan l-obbligu jirriżulta f’multi ta’ €3,000 kull darba li l-persuna tinstab li qed tikser il-kwarantina.

Persuni li jgħixu fl-istess residenza, bħall-persuni msemmija hawn fuq għandhom ukoll iqattgħu 14-il jum fi kwarantina mandatorja. Din hija infurzata mil-liġi. Nuqqasijiet ta’ osservazzjoni ta’ dan l-obbligu jirriżultaw f’multi ta’ € 3,000.

Persuni identifikati mill-Awtorità tas-Saħħa Pubblika bħala kuntatti mill-qrib ta’ każijiet ikkonfermati għandhom ukoll ikunu taħt kwarantina mandatorja għal 14-il jum. Nies li jiksru l-kwarantina mandatorja jiġu mmultati €3,000 kull darba li l-persuna tinstab li qed tikser il-kwarantina.

Xi tfisser kwarantina?

Kwarantina tfisser awto-iżolament f’darek u ma toħroġx waqt dan il-perjodu ta’ 14-il jum li inti mitlub tibqa’ iżolat. Tħallix nies jiġu għandek fid-dar. Dawk li jkunu taħt kwarantina għandhom jippruvaw it-temperatura tagħhom darbtejn kuljum.

Dan ifisser il-familja tiegħi jew nies oħra li ngħix magħhom għandhom bżonn jagħmlu kwarantina?

Iva, il-membri l-oħra tad-dar ukoll għandhom jagħmlu kwarantina.

X'jiġri meta nispiċċa l-14-il jum tal-kwarantina tiegħi?

Nies li jkunu għamlu kwarantina għal 14-il jum mingħajr sintomi huma liberi li jkomplu bl-attivitajiet tas-soltu tagħhom. Dan jinkludi r-ritorn għax-xogħol, l-iskola, childcare u l-università.

Inżommu l-moral waqt il-kwarantina

Li tkun taħt kwarantina tista’ toħloq sens ta’ biża’, partikolarment għal tfal żgħar. Dawn huma xi suġġerimenti:

  • Kellem lill-membri l-oħra tal-familja dwar l-infezzjoni. Meta tifhem iżjed dwar il-coronavirus tnaqqas l-ansjetà.
  • Serraħ moħħ it-tfal billi tuża lingwaġġ addattat għall-età tagħhom saibex jifhmuk aħjar
  • Kemm jista’ jkun żomm ir-rutina normali ta’ kuljum.
  • Aħseb ftit dwar kif irnexxielek tegħleb sitwazzjonijiet diffiċli fil-passat u żgura ruħek se jirnexxielek tegħleb din is-sitwazzjoni wkoll.
Kif timla l-ħin waqt il-kwarantina

Li tkun magħluq fid-dar għal perjodu ta’ żmien tista’ tikkawża dwejjaq, stress u kunflitti. Dawn huma xi suġġerimenti

  • Irranġa ma’ min iħaddmek biex taħdem mid-dar, jekk possibbli.
  • Staqsi lill-iskola tat-tifel / tifla tiegħek biex tibgħatlek l-assignments, work sheets u homeworks permezz ta’ email.
  • Tiddependix wisq fuq it-televiżjoni u t-teknoloġija. Ħares lejn il-kwarantina bħala opportunità biex tagħmel xi wħud minn dawk l-affarijiet li qatt ma jkollok ħin għalihom, bħal board games, xogħol tal-idejn, tpinġija u qari
  • Agħmel eżerċizzju regolari. L-għażliet jinkludu żfin, floor exercises, yoga, mixi fil-bitħa jew permezz ta’ tagħmir apposta bħal eżempju rota tal-eżerċizzju jekk għandek. L-eżerċizzju huwa trattament ippruvat għall-istress u d-depressjoni.
  • Żomm kuntatt mal-membri tal-familja u ħbieb permezz tat-telefown, tal-email jew tal-midja soċjali
Għalfejn huwa importanti ħafna li toqgħod id-dar?

Li tibqa’ d-dar tgħin biex tipproteġi lil sħabek, il-kollegi u l-komunità. Tgħin ukoll biex tikkontrolla t-tixrid tal-virus. Dan jista’ jkun diffiċli jew frustranti, imma hemm affarijiet li tista’ tagħmel biex din tkun iktar faċli. Dawn jinkludu:

  • Itlob lill-ħbieb jew familja biex iħallulek wara l-bieb kull ħaġa li għandek bżonn jew inkella ordna l-provvisti tiegħek online. Barra minn hekk tista’ ċċempel 21411411 għall-għajnuna. Aċċerta ruħek li kwalinkwe kunsinna titħalla wara l-bieb tad-dar sabiex inti tkun tista’ tiġborha mingħajr kuntatt.
  • Żomm kuntatt mal-ħbieb u l-familja permezz tat-telefon jew permezz tal-midja soċjali.
  • Żomm ruħek impenjat billi ssajjar, taqra, tgħallem xi ħaġa online jew ara l-films.
  • Ħu korsijiet jew klassijiet online sabiex jgħinuk tagħmel eżerċizzju fid-dar tiegħek.
X’għandi nagħmel jekk niżviluppa sintomi?

Jekk tiżviluppa deni, sogħla jew qtugħ ta’ nifs:

  • Ibqa’ d-dar.
  • TMURX fi kliniċi privati, dipartiment tal-emerġenza, ċentri tas-saħħa, spiżeriji jew faċilitajiet oħra tal-kura tas-saħħa.
  • Ċempel il-helpline tas-Saħħa Pubblika fuq 111 għal parir.
https://covid19malta.info/wp-content/uploads/2020/03/self-quarantine3.png
bt_bb_section_top_section_coverage_image
SEGWINA FUQIL-MIDJA SOĊJALI
L-aħħar aħbarijiet u żviluppi dwar il-COVID-19.
https://covid19malta.info/wp-content/uploads/2020/03/GOV-MT.png
Segwina fuqil-Midja Soċjali
kwarantina