
Lil Malta nħobbuha. Nagħmlu kollox għaliha, mill-qalb. Fi żmien meta art twelidna, bħal kumplament tad-dinja kollha, qed tiffaċja sfida bħal qatt qabel, l-għajta Viva Malta qegħda mill-ġdid tieħu l-ħajja. Iktar minn 50 sena wara t-tnedija tad-diska oriġinali, il-kantanta Amber interpretat verżjoni ġdida ta’ dan l-innu ta’ kburija nazzjonali li qed jerġa’ jitwassal lin-nies f’din il-gwerra kontra għadu li ma jidhirx. Segwi hawn taħt biex tkun parti f’din l-inizjattiva ta’ kuraġġ minn poplu Malti u Għawdxi wieħed u maqgħud.
